Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

Il-Bejta

LEHEN IS-SEZZJONI ‘JUNIORS’ TAL-M.C.B.A. - February 2003

EDITORJAL

Ħbieb: Nispera li tinstabu tajbin. Issa daħal iż-żmien sew biex nitilqu l-pari magħżulin tagħna. Nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar saret il-laqgħa ġenerali. Din il-laqgħa ġiet sospiża minħabba li bdew jinqalgħu polemiċi barra mis-suġġett tal-laqgħa, allura ma saritx l-elezzjoni.Din il-laqgħa se titkompla nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar. Importanti li ma jerġawx jinqalgħu il-polemiċi ta’ l-aħħar laqħa ħalli l-kumitat jittella b’wiċċ il-ġid, iżda xorta huwa importanti li ċertu kwistjonijiet jiġu klarifikati, imma f’ħinhom u f’posthom. Nixieq nieħu din l-opportunita biex ngħid prosit lill-membri tal- M.C.B.A. li għamlu suċċess fil-wirja mondjali tal-C.O.M. li saret f’ Amiens, ġo Franza. Niltaqgħu il-Ħadd 28 ta’ Frar. Mattia Felice

L-ISTORJA TAL-KANARINI TAL-KULUR

Jekk tħares fir-reqqa lejn l-istorja tat-trobbija professjonali ta’ l-għasafar, tista tara li mill bidu nett dejjem kien hemm sforzi biex tiġi żviluppata razza ta’ Kanarin bil-kulur aħmar fir-rix tiegħu. Saru diversi attentati, iżda mingħajr suċċess. Fl’aħħar, fil-bidu tas-seklu għoxrin (1920), it-tabib Ġermaniż, Dr. Hans Dunker skopra li Hooded (red) Siskin (spinus magellanicus) seta jiġi mgħammar ma kanarina. Ir-riżultat ta’ dawn il-pari kien kanrin bil kulur qisu tal-frotta apricot, iżda b’xi marki suwed (li aktar il-quddiem ġew eliminati). Matul iż-żmien din ir-razza ġiet irfinata u ġew żvuluppati razzez oħra, bħall, Red Factors, Red/Brown Bronze, Agates, Mosaics, Opals u Phaeos. Aktar ma jgħaddi ż-żmien iżjeq qed isiru sforzi biex jiġu żviluppati razzez ġodda. Ħalli l-lista tal-Kulur dejjem tkompli titwal u s-sezzjoni dejjem tisbieħ. Mattia Felice © 2003

AVVIZ

+Il-laqgħa ġenerali li ġiet sospiża nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar 2003, ser issir nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar fid-disgħa ta’ filgħodu.



See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

free pet cross stitch pattern

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Funny Jokes Forum Free sudoku games Top Cocktail Recipes

page generated in 0.011979 seconds
61