Kelmtejn t'Introduzzjoni
minn Mario Azzopardi Vici President
Forsi ftit mill-membri ta'l-Ghaqda jahsbu
ftit fuq ix-xoghol li jsir mill-membri tal-
Kunsill. Dan huwa xoghol interessanti
hafna ghaliex huwa b'dan ix-xoghol li
nkunu nistghu nzidu l-interess fost il-
membri filwaqt li nkunu wkoll t'ghajnuna.
Meta wiehed ikun membru tal-Kunsill ta' l-
Ghaqda taghna, jkun ifisser li qieghed
jaghmel parti mill-amministrazzjoni ta' l-
Ghaqda. F'xi sitt laqghat li jkollna rridu
norganizzaw l-attivitajiet kollha ta' matul
is-sena li jinkludu:
- L-organizazzjoni tal-laqghat li jkollna
kull xahar.
- L-ghazla tal-kelliemi barrani li ngibu
kull sena minn barra.
- Il-wirja tal-kaktus u sukkulenti ohra li
naghmlu kull sena.
- L-ghazla u x-xiri tal-kotba li kull sena
nzidu fil-librerija taghna.
L-organizazzjoni tal-laqghat ta' kull
xahar:
Nahseb li l-akbar ugigh ta' ras huwa dak
ta' l-organizazzjoni tal-laqghat li naghmlu
ghall-membri kull xahar. Hafna mill-hin
tal-laqghat tal-Kunsill ikunu fuq is-suggett
ta' dawn l-imberkin laqghat. Iridu jkunu
interessanti. Irridu niftakru fil-principjanti u
ghalhekk ma nuzawx kliem difficli. Irridu
niftakru f'dawk li issa ghandhom xi ftit
esperjenza, ghaliex inkella jiddejqu. Jekk
ikun is-sajf ma naghmlux tahditiet bis-
slides ghaliex jekk naghlqu mmutu bis-
shana. Dawn huma xi ftit mid-
diskussjonijiet li jkollna meta nitkellmu fuq
dawn il-laqghat.
L-ghazla ta' kelliemi barrani:
Dan ukoll huwa suggett ta' diskussjoni,
ghaliex ma nkunux irridu nonfqu l-flus fil-
vojt. Minhabba dan inkunu rridu naraw
fuq liema suggett sejjer ikellimna. Inkunu
rridu ngibu bniedem li jaf aktar minna,
biex b'hekk forsi nitghallmu xi haga
gdida. Irid ikun jitkellem bl-Ingliz. Meta jigi
hawn fejn sejjer joqghod? Min sejjer
jilqghu u jiehdu fil-lukanda u min sejjer
idur bih?
Il-Wirja tal-Kaktus u sukkulenti ohra:
Nistghu nghidu li x-xoghol li tiehu l-wirja
ma jieqaf qatt. Malli tispicca l-Laqgha
Generali ta' kull sena u niffurmaw il-Kunsill
il-gdid, naghmlu wkoll sotto-kumitat biex
jiehu hsieb il-wirja u dan il-grupp jibda
jahdem u jirrapporta lill-Kunsill fuq il-
progress li jkun qieghed jaghmel. L-
ewwel problema tkun ta' fejn sejra ssir il-
wirja. Meta sejra ssir? Tghid ikollna temp
tajjeb? Kif sejrin naghmlu pubblicita'
minghajr ma nizburzjaw hafna flus?
Minkejja dan kollu kollox jiddependi fuq il-
konkorrenza tal-membri biex igibu x-xtieli
taghhom ghal wirja, u ghall-pubbliku li
jattendi biex jara dak li nkunu esebejna.
Ix-xiri ta' kotba godda ghal-librerija:
Kull sena jigu ppubblikati numru kbir
hafna ta' kotba fuq id-delizzju taghna.
Minbarra dan hemm ukoll numru ta'
magazines mahruga minn ghaqdiet bhal
taghna ta' pajjizi differenti. Zgur li huwa
impossibbli li nixtru kollox. L-ewwel nett
tkun problema ta' fejn sejrin izzomm dawn
il-kotba kollha, u t-tieni hemm ukoll il-
problema tal-flus. L-Ghaqda taghna
tista' tonfoq fuq il-kotba sa mhux aktar
minn Lm150 fis-sena. Huwa minhabba
dan li fil-Kunsill noqoghdu attenti hafna
liema kotba nixtru. Ahna dejjem nixtru
kotba bl-Ingliz, ghalkemm ahna wkoll
abbonati f' magazin bit-Taljan.
Nippruvaw nixtru kotba li minhabba l-
prezz ftit gholi taghhom forsi mhux
kulhadd ikun jista jaffordja. Nixtru kotba
ta' referenza li l-valur taghhom maz-zmien
jizdied.
B'hekk hbieb taraw li anke l-laqghat tal-
Kunsill huma laqghat interessanti u varjati
hafna.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
See your advert here for $50 ...
 

|