Intom
Tistaqsuna,
Ahna Nirrispondukom Mag. 2001
Minn René Zahra
Magazine 2001
Mistoqsija: Tista' tghijdli ghaliex dawn il-genera ta' kaktus jissejhu hekk: Astrophytum, Parodia, Melocactus, u Turbinicarpus.
Risposta: L-Ismijiet ufficjali ta' kull haga hajja, inkluzi x-xtieli ghandhom isem bil-Latin. Hafna drabi dan ikun maghmul minn kliem differenti li ftit jew wisq jiddeskrivi x-xitla jew sahansitra jfakkar xi persuna prominenti. Tlieta mill-ismijiet li tajtuna jiddeskrivu x-xitla u wiehed ifakkarna f'botaniku mill-Argentina. Astrophytum: Dan l-isem huwa maghmul minn zewg kelmiet; Astro - li tfisser stilla u phytum - li tfisser xitla. Mela dan l-isem ifisser; xitla forma ta' stilla. Melocactus wkoll hija kelma maghmula minn zewg kelmiet. Melo - tfisser bettieha, u cactus - tfisser xewka. Mela din hija xitla b'forma ta' bettieha bix-xewk. Turbinicarpus hija kelma ohra maghmula minn zewg kelmiet. Turbina - li tfisser zugraga u carpus - li tfisser xitla wkoll, ghalhekk dan l-isem ifisser xitla li ghandha forma ta' zugraga. L-isem Parodia nghata lil certi kakti li jinstabu principalment fl-Argentina biex jonora lill-Parodi li kien botaniku Argentin.
*
Mistoqsija: X'differenza hemm bejn il-perlite u l-grit u x'funzjoni ghandhom ghal mat-tahlita tal-kompost.
Risposta: Dawn huma zewq materjali differenti izda ghandhom l-istess funzjoni. Dawn jithalltu mal-kompost biex jifthuh aktar u b'hekk jinxef aktar malajr. Il-perlite huwa materjal artificjali li ghalkemm hafif jista' jixrob xi ftit ilma u ghalhekk l-gheruq jistghu jaqbdu mieghu biex ikollhom xi ftit umdità. Minhabba li huwa hafif jista' jibda
jitla' fil-wicc tal-kompost. Il-grit huwa materjal naturali u aktarx li jkun maghmul minn frak tal-granit jew tas-silika. Dan il-materjal huwa tqil u forsi jithallar ahjar, kif ukoll izomm aktar niexef. Jekk ghandekx tuza wiehed jew l-iehor hija kwistjoni ta' gosti.
*
Mistoqsija: Liema huma l-vantaggi li wiehed jghatti l-wicc tal-kompost bil-grit.
Risposta: Din il-haga ssir biex il-kompost li normalment ikun hafif hafna ma johrogx mill-qasrija ma kull tisqija li naghtu minn fuq, izda dan iservi wkoll biex izomm il-kompost izjed frisk ghaliex minhabba li dan ikun bajdani jirrifletti s-shana lura u fil-vojt ta' bejn il-bicciet ikun hemm id-dell. Esperimenti li ghamilna juru car li dawk il-kakti li jkollhom il-wicc tal-kompost miksi bil-grit jikbru izjed minn dawk li ma jkollhomx.
*
Mistoqsija: Meta huwa l-ahjar hin u l-ahjar metodu biex iddakkar il-fjuri u b'hekk dawn jipproducu z-zerriegha.
Risposta: L-ahjar hin biex iddakkar il-fjuri huwa fl-aktar parti shuna tal-gurnata. Il-pollen ta' xitla jista' jigi trasferit fuq l-istigma ta' xitla ohra b'pinzell b'xaghar artab. Wiehed jista' juza wkoll pinzetta irqiqa li biha jittrasporta l-anteri li jkollhom il-pollen ghal fuq l-istigma, li hija l-parti feminili tal-fjura.
*
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|