Kelmtejn tal- president 2002
Mill-President ta' l-Ghaqda
Is-Sur Mario Azzopardi
Is-sena li ghaddiet kienet sena li fiha ghamilna hafna attivitajiet specjali. Mhux haga facli biex Ghaqda ckejkna bhal taghna tibqa tiffunzjona bil-mod kif niffunzjonaw ahna ghall-50 sena shah u ghalhekk ghandna biex inkunu imkabbrin hafna bil-hegga ta dawk li hadmu u ghadhom jahdmu fl-Ghaqda taghna.
Bdejna is-sena billi gibna zewg kelliema barranin li ghamlulna erba' tahditiet tassew interessanti. Biex nilhqu l-interess ta' kulhadd, tnejn min dawn it-tahditiet kienu fuq is-Sukkulenti l-ohra u t-tnejn l-ohra fuq il-Kaktus.
Hsibna wkoll biex intejbu l-magazine tal-Ghaqda. Stampajnieh fuq qoxra bil-kulur u bis-sahha tas-Sur Reuben Vella gibna xi riklami biex b'hekk intaffu xi ftit mill-ispejjez. Din il-harga kien fiha wkoll aktar pagni.
Fl-ahhar Hadd ta' Ottubru ergajna organizzajna l-wirja tal-Kaktus u s-Sukkulenti l-ohra li issa qeghdin norganizzaw kull sena. Ippruvajna intejbu din il-wirja wkoll u nahseb li nkun qighed nghid sewwa meta nghid li gew jarawha eluf ta nies. Hija haga tassew difficli biex bir rizorsi limitati taghna ntellghu wirja hekk kbira. Kieku ma tkunx l-ghajnuna kbira ta' hafna mill membri zgur li din tkun haga impossibli, izda hafna jaghtuna l-ghajnuna taghhom u ghalhekk inkunu nistghu naghmlu kuragg.
F' Novembru hsibna fil-hbieb taghna li hallewna u ghalhekk ghamilna quddiesa b' suffragju ghall-erwieh tal-membri ta' l-Ghaqda li mietu qabilna. Hafna min dawn kienu attivi sewwa fl-Ghaqda u taw kontribut kbir biex l-Ghaqda taghna mxiet 'il quddiem. Kien ghalhekk xieraq li fil-50 Anniversarju ta' l-Ghaqda niftakru fihom ukoll.
F' Dicembru ghalaqna din is-sena importanti billi ghamilna ativita' socjali ghall-membri ta' l-Ghaqda fejn xrobna grokk flimkien u onorajna lil Membri Onorarji ta' l-Ghaqda bil-plakka kommemorattiva. Dawn kienu is-Sur Mike Cassar, is-Sur Guido Lanfranco u l-Kav. Dott. Anthony Abela Medici. Dawn it-tlett sinjuri mhux biss kienu fil-passatPresidenti tal-Ghaqda taghna, izda kul wiehed minnhom ta snin twal ta' servizz indispensabbli biex l-Ghaqda taghna baqghet tiffunzjona regolarment. Inghatat plakka ohra kommemorattiva lis-Sur Rene' Zahra li ghal 39 sena shah okkupa l-post ta' segretarju ta' l-Ghaqda taghna.
Stajna naghmlu dawn l-attivitajiet kollha ghaliex bis-saport tal-membri kellna l-fondi mehtiega. Minghajr dawn il-fondi jkun impossibli li tamministra u torganizza mqar f'Ghaqda ckejkna bhal taghna. Hawnhekk irrid niehu din l-opportunita' biex nirringrazzja l-membri kollha tas-sapport materjali u morali li dejjem tawna biex l-ativitajiet taghna kienu success.
Issa bdejna t-tieni 50 sena ta' l-Ghaqda taghna, rridu nharsu 'l quddiem u naraw x' servizz aktar nistghu noffru lill-membri. Ma nistghux inserrhu rasna u nghidu li dak kollu li stajna naghmlu ghamilnieh. Cert li bl-ghajnuna taghkhom u b' volonta' shiha baqa' hafna affarijiet li jiena cert li nistghu naghmluhom fil-futur u b' hekk igawdu l-membri kollha.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|