Messagg mill-president 1999
Wiehed mis-sodisfazzjonijiet tieghi personali huwa meta nara kemm hija ghal qalb il-membri kollha din il-wirja li norganizzaw kull sena. Dan jaghmel kuragg kemm lili kif ukoll lil shabi l-membri tal-Kumitat.
Tahsbux, hbieb, li hija xi haga facli biex torganizza wirja fuq dan il-livell. Bhal kull ghaqda ohra, l-akbar problema hija dik finanzjarja. Irridu nahdmu s-sena kollha sabiex insibu fondi bizzejjed sabiex inkopru l-ispejjes. Izda ma rridx ingorr, ghaliex s'issa dejjem sibna l-ghajnuna. Hawn irrid inrodd hajr lil kull min jghati l-kontribuzzjoni tieghu ghal dan il-ghan.
Minbarra din il-wirja norganizzaw ukoll wirjiet f’ lokalitajiet differenti ta' Malta biex aktar inhajru dilettanti li jiehdu t-trobbija ta' l-ghasafar bis-serjeta’.
Wara xi snin ta'preparazzjoni, rajna li rsaqna lejn il-livell mehtieg sabiex niehdu sehem fil-kampijiet Internazjonali. Bdejna sentejn ilu bi ftit ghasafar u mill-ewwel hadna sodisfazzjon ghaliex gibna r-rebh. Kienu hafna dawk li qalu li ahna pruzuntuzi, izda issa meta raw b’ ghajnejhom rrizultati jahsbuha xort' ohra.
Filwaqt li mill-gdlid nirringrazzja lill dawk kollha li hadmu biex norganizzaw din il-wirja, nixtieq, minn qalbi, kull success lill-esibituri kollha kif ukoll lill dawk il-kuragguzi li fi ftit jiem ohra ser iressqu l-ghasafar taghhom ma dawk tal-pajjizi l-ohra fl-akbar sfida li qatt jista' jkollhom. Kull success miksub huwa unur ghalihom, ghall-Ghaqda u wara kollox ghall-Malta.
Charles Vella
President
Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website
|